Il-magażin popolari ferm ma’ dawk it-tfajliet u nisa li jkunu se jiżżewġu, BRIDES MAGAZINE, għażel Malta bħala wieħed mill-isbaħ pajjiżi li wieħed għandu jippjana li jagħmel it-tieġ tiegħu fih.
Mhux it-tieġ biss iżda anke qamar il-għasel. F’dan il-filmat jidhru uħud mill-isbaħ xeni ta’ pajjiżna, iżda dawn m’humiex l-unika karatteristiċi li jkomplu jagħmlu Malta l-post ideali, skont dan il-magażin, iżda anke t-talent Malti fost oħrajn.
Segwi dan il-filmat li jesponi aktar “il-maġija ta’ Malta” li qed issaħħar lill-għarajjes biex jissiġġillaw l-imħabba tagħhom.