“Jalla l-għażliet tiegħek jirriflettu x-xewqat tiegħek u mhux il-biżgħat”
Dan kien il-messaġġ li xtaq iwassal il-Korp tal-Pulizija għal dawn il-jiem ta’ festi.
F’filmat qasir li jwassal messaġġ b’saħħtu, juri ġuvni jieħu gost flimkien ma’ sħabu fejn wara li xorob ftit mhux ħażin kellu l-għażla li jsuq.
Iżda wara ftit ħsieb hu għamel l-għażla t-tajba, u minflok saq taħt l-effett tal-alkoħol u pperikola ħajtu u ħajjet ħaddieħor, ċempel taxi sabiex twasslu lura d-dar qawwi u sħiħ.
Għalekk għal dawn il-jiem ta’ festi, jekk tixrob xi ftit anke jekk tixrob tikka aktar mis-soltu, toqgħodx taħsibha darbtejn x’għandek tagħmel. Ċempel taxi jew lil xi ħadd li taf sabiex jiġi għalik u tasal fid-destinazzjoni tiegħek mingħajr ebda inkwiet.
Għal dawn il-jiem ta’ festi, agħmel l-għażla t-tajba, tixrobx u ssuq!