F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali b’reazzjoni għall-approvazzjoni tal-liġi ġdida dwar l-IVF, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li l-liġi l-ġdida dwar l-IVF hija aktar moderna, ibbażata fuq ix-xjenza, u waħda li se tagħti l-opportunità biex jiġu ffurmati mijiet ta’ familji.
Il-Prim Ministru Muscat qal mijiet ta’ nisa, irġiel, persuni, u koppji, se jkollhom iċ-ċans jiffurmaw lill-familja tagħhom u jkollhom l-ulied.
“Ninsabu kburin li għal darba oħra wettaqna l-Istorja flimkien kif ingħatajna mandat mill-poplu”, qal il-Prim Ministru.
Permezz ta’ din il-liġi l-ġdida, Malta m’għadhiex pajjiż li jiddiskrimina kontra persuni gay, kontra nisa li huma ikbar fl-età jew waħedhom.
“Għalhekk kburi b’pajjiżna, għalhekk kburi bid-deċiżjoni li tajtuna l-mandat intom biex inwettqu u għal darba oħra ninsabu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja”, temm jgħid il-Prim Ministru Joseph Muscat.