Għall-ewwel darba fl-aħħar seklu, matul is-sena 2014 f’Malta kien hawn aktar irġiel minn nisa.
Minn informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, dwar id-demografija, rriżulta li l-popolazzjoni ta’ Malta kienet ta’ 429,344, b’ 214,735 kienu rġiel filwaqt li 214,609 kienu nisa. 401,868 minn dawn kienu ta’ Nazzjonalita Maltija.
37.6% tal-imwiet fost il-Maltin matul is-sena 2014 kienu ikkawżati minn mard fis-sistema taċ-ċirkulazzjoni filwaqt li 28.5% tal-imwiet kienu kawża tal-kanċer.
Matul is-sena 2014 daħlu f’Malta total ta’ ħames dgħajjes tal-immigranti rregolari li fuqhom kellhom 565 immigrant.