“Din mhux rebħa tiegħi – dan hu t-trijonf tal-kanzunetta bil-malti!”
Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kantanta Corazon ftit tal-mumenti biss wara li rebħet l-Għanja tal-Poplu ta’ din is-sena. One News tkellem mar-rebbieħa ftit sigħat biss wara.
Fil-kummenti tagħha ma’ ONE News, tispikka l-emozzjoni tal-kantanta. Hija tapprezza l-inkoraġġament tan-nies u tistqarr li din ir-rebħa hija mportanti ħafna għaliha.
Kienet il-lingwa nnifisha li waslet lil Corazon biex tikteb din il-kanzunetta. Il-lingwa Maltija li hija tant tgħożż. Hija tqies il-lingwa bħala nspirazzjoni u temmen li l-lingwa tagħna għandha tiġi rikonoxxuta u tingħata aktar importanza.
Kanzunetta oħra ferm magħrufa għaliha l-kantanta Corazon hija “Fid-dar tan-nanna”. Persuna għażiża ferm għal Corazon li l-aħħar jiem ta’ ħajjitha wasslu lill-kantanta biex tirrifletti u tikteb din il-kanzunetta li waslitha għal din ir-rebħa.
“Din il-kanzunetta nkitbet fiż-żmien meta jien tlift probabli waħda mill-aktar persuni għeżież f’ħajti, n-nanna tiegħi, u dak iż-żmien meta kienet l-isptar u kont inmur naraha, kont nirrealizza u naħseb ħafna dwar sinifikat tal-ħajja. “