Fil-jum li fih Salvu Mallia għamel aktar kummenti li kisbu l-istmerrija ta’ bosta, il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil reġa’ ħareġ jiddefendih. It-Times of Malta irrapportat kif minflok il-Partit Nazzjonalista ddistanzja ruħu mill-kandidat Salvu Mallia, ddeffendih billi qal li qed jitkellem mill-qalb biex jibgħat messaġġ kontra Gvern Laburista.
Dan minkejja li lbieraħ Salvu Mallia reġa’ qabbel lil Prim Ministru mal-pesta, mal-kanċer u mad-dittattur Adolf Hitler.
“Is-sentiment tiegħu wieħed jifhmu” qal kelliem għall-Partit Nazzjonalista “ċertament jitkellem mill-qalb u jekk jagħżel lingwaġġ kulurit biex jagħmel dan, jagħmel hekk għax irrabjat b’dak li qed jara,” qal il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista li mbagħad irrifjuta li jwieġeb domandi dwar il-kundizzjonijiet li għamel Salvu Mallia lill-Partit Nazzjonalista.