Grazzi għall-MFA SportPlus, pajjina se jospita aktar taħriġ għal timijiet barranin.
Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn iċ-Chairman tal-MFA SportPlus Jason Micallef spjega kif permezz tas-servizz li tagħti din l-organizzazzjoni qed ikun hemm aktar professjonalità fil-futbol.
Bil-ħidma tul din l-aħħar sena, pajjiżna kien se jospita lill-klabb ta’ Manchester United għal tmint ijiem f’Settembru, iżda minħabba restrizzjonijiet mill-Gvern Ingliż minħabba l-pandemija tal-Covid-19, l-attività tħassret.
Permezz ta’ klabbs li jiġu f’pajjiżna, ikun qed jikber it-turiżmu sportiv, kif spjega Micallef ma’ ONE News.
Huwa qal: “Nemmnu ħafna bi kbir fit-turiżmu sportiv, aħna bħala direzzjoni governattiva. Allura l-MFA SportPlus qed tagħmel xogħol ma dak li għandu x’jaqsam mat-training camps, training camps li kemm jista’ jkun li kemm jista’ nkunu assivi u jiġu hawn Malta, qed nitkellmu li dawn minnhom qed igawdi minnhom kulħadd.”
Waqt din il-konferenza ntqal kif minn dan l-istaġun, permezz ta’ din l-organizazzjoni, il-klabbs Maltin li ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej kellhom ospitalità mill-aqwa meta kienu qed jilagħbu barra minn xtutna.