Tnedew żewġ skemi nazzjonali li se jagħtu għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u r-raħħala biex itaffu wħud mill-konsegwenzi li ġabet magħha l-pandemija fuq l-agrikoltura lokali. L-istess skemi nħarġu wkoll fl-2020 u kienu approvati mill-Kummissjoni Ewropea.
Skema minnhom se tagħti sa’ €200 għal kull ettaru ta’ art eliġibbli lill-bdiewa tal-art, u l-iskema l-oħra se tagħti pagament maħdum skont in-nrumu ta’ annimali eliġibbli tar-raħħala.
Il-Ministru Anton Refalo qal li l-budget għal dan tlaħħaq l-€4.5 Miljun iffinanzjat bis-sħiħ minn fondi nazzjonali: “Din is-sena, f’żewġ skemi, se noħorġu erba’ miljun u nofs ewro biex intaffu l-effetti li l-pandemija ħalliet fuq is-settur tal-bdiewa u r-raħħala tagħna.”
Bdiewa u raħħala jistgħu japplikaw għall-dawn l-iskemi tal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Justin Zahra mill-Aġenzija għall-Pagamenti Rurali stqarr: “Qed nibagħtu applikazzjonijiet lill-bdiewa u raħħala reġistrati biex jirritornaw din l-applikazzjoni u jikkonfermaw li jridu jitħallsu, u l-Aġenzija tħallashom fil-ġimgħat li ġejjin.”