Is-Segretarji Parlamentari Roderick Galdes u Ian borg ħabbru fondi Ewropej allokati għal dawk li għandhom inqas minn 41 sena u se jibdew in-negozju tagħhom fl-agrikoltura.
Il-fondi jammontaw għal €4.3 miljun, li minnhom huwa stmat li se jibbenefikaw 60 persuna b’massimu ta’ €70,000 kull wiehed.
Roderick Galdes spjega li filwaqt li hemm min qed jinvesti f’makkinarju ġdid u art, mhux qed ikun hemm nies ġodda li jibdew negozju, b’waħda mir-ragunijiet tkun diffikultajiet ta’ self minn banek. Barra minn hekk, negozju f’dan il-qasam iġib miegħu ħafna ħidma tal-idejn u ħinijiet twal ta’
ħidma.
Ian Borg spjega li dan il-fenomenu jeżisti fl-Ewropa kollha u għalhekk l-Unjoni Ewropea qed tipprova tgħin biex tmexxi ‘l quddiem dan is-settur, li apparti jikkontribwixxi lejn ambjent aħjar, huma importanti anke f’oqsma oħra, bħat-turiżmu.
B’kollox hawn Malta hawn €69 miljun dedikati għas-settur rurali. Applikazzjonijet għall-fond imħabbar illum jibdew jintlaqgħu fl-4 t’April.