L-aqwa ismijiet fil-qasam kulturali madwar id-dinja jinsabu hawn Malta. Dar il-Mediterran għall-Konferenzi qed tospita is-seba’ edizzjoni tas-summit kulturali, li qed isir għall-ewwel darba f’pajjiżna.
Aktar minn 400 ruh qed jipparteċipaw, bil-midja internazzjonali u stazzjonijiet bħal Euronews jinsabu Malta biex jiiraportaw dan is-summit, immexxi f’pajjiżna mill-Kunsill Malti għall-Arti u organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli għall-Arti u Aġenziji tal-Kultura (IFACCA). Dan tal-aħħar huwa network globali li jiġbor fih Ministeri u kunsilli responsabbli mill-Kultura.
Is-summit jinsab fuq fomm kull min huwa intiż fil-kultura madwar id-dinja.