Thomas Michael Stewart ta’ 59 sena, li kien irrapurata nieqes lill-Pulizija nhar l-20 ta’ Mejju, għadu nieqes.
Huwa ntelmaħ l-aħħar f’Ħ’Attard. Bintu tar-rispett, Michelle Burgess, kitbet fuq is-sit soċjali tagħha li Steward huwu dijabetiku u m’għandux mediċina fuqu. Hija qalet li l-familja tinsab f’kuntatt mal-Kummissjoni Għolja Ingliża u l-Pulizija.
Il-Pulizija llum appellat mill-ġdid biex kull min għandu xi informazzjoni dwar Stewart jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anka b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: 21 224 001-9 jew 119. Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.