Ir-rapporti tal-awtopsja ta’ Matthew Perry, attur rinomat, fosthom għas-serje ‘Friends’, ma kinux biżżejjed biex jiddeterminaw x’wassal għal mewt tiegħu, fl-età ta’ 54 sena.
B’hekk, huwa mistenni li jissoktaw aktar investigazzjonijiet, qabel ma’ jiġi konkluż ir-rapport dwar il-mewt tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ġisem Perry, aktarx se jiġi rilaxxat għad-difna fil-jiem li ġejjin.
Il-familja tiegħu qalu li jinsabu b’qalbhom maqsuma, għall-mewta traġika ta’ binhom.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li Perry nstab bla ħajja fil-jacuzzi, fir-residenza tiegħu f’Los Angeles.