Il-plejer internazzjonali tal-Arġentina u Juventus, Paulo Dybala, qal li għadu kmieni wisq biex wieħed jipprova jbassar min se jirbaħ l-EURO 2016.
Dan f’intervista ma’ one.com.mt fil-Palazz tal-President fl-ewwel jum tiegħu f’pajjiżna.
Tkellem dwar is-sorpriżi f’din il-kompetizzjoni, kif ukoll fil-Copa America. “Dan hu l-futbol, fejn timijiet li l-inqas tistenna jaslu,” qal Dybala li b’mod partikolari laqtuh l-Iżlanda.
Fost oħrajn Dybala qal li hija responsabbiltà kbira jilgħab bil-flokk ta’ Juventus anke għaliex il-qabża mill-Arġentina, fejn kien jilgħab fit-tieni diviżjoni, kienet waħda kbira.
“Peró meta nidħol fil-grawnd inkun trankwill,” żied dak li ħafna jiddeskrivu bħala l-Messi l-ġdid.