Storja ta’ tifel tal-iskola tirrifletti r-realtà ta’ ħafna.
Permezz ta’ forum fuq sit soċjali, raġel irrakkonta kif dan it-tifel joħroġ jistenna t-trasport għall-iskola meta ma tkunx laħqet telgħat ix-xemx.
Jemmen li għandha ssir xi ħaġa dwar il-fatt li minkejja li l-ħinijiet tal-iskola huma madwar sitt sigħat, it-tfal fil-verità jiddedikaw ħafna aktar ħin għall-iskola, meta tqis il-ħin li jivjaġġaw u l-ammont ta’ xogħol li jkunu jridu jagħmlu d-dar. Dan minbarra t-tagħlim reliġjuż li ħafna drabi jsir wara l-ħin tal-iskola (bħall-Mużew u d-duttrina) u attivitajiet oħra; żfin, kant, football, u privatijiet f’ċertu każi. Il-kittieb jistaqsi fejn hu l-ħin biex it-tfal jagħmlu dak li vera jixtiequ, igawdu ftit ħin liberu, u finalment igawdu t-tfulija.