L-UEFA permezz tal-president tagħha Aleksander Ceferin ikkritikat lill-klabbs ta’ Barcelona, Real Madrid u Juventus hekk kif baqgħu għaddejjin bil-pjanijiet tagħhom li jiffurmaw is-Super League.
Minkejja li l-ewwel tentattiv, li kien se jinvolvi 12-il team falla, dawn it-tlett klabbs għadhom qed jaħdmu fuq format ġdid ta’ dan il-league u li mistenni jkun imħabbar dalwaqt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’reazzjoni għal dan Aleksander Ceferin reġa tenna li jekk dan il-proġett iseħħ, kull min ikun involut fih jitkeċċa mill-UEFA.