Il-Pulizija Maltija għadha għaddejja bi tfittxija għal żewġt irġiel Marrokkini li ħarbu minn ajruplan fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fl-ewwel jum tas-sena.
Dan meta niżel, b’emerġenza, ajruplan tal-linja Turkish Airlines minħabba li passiġġier, Marrokkin ukoll, qal li ma kienx qed iħossu sew.
Ftit wara l-inżul, erba’ persuni ta’ nazzjonalità Marrokkina taw is-salt u ħarbu mill-bieba ta’ wara tal-ajruplan.
Il-Pulizija arrestat żewġt irġiel Marrokkini ta’ 28 sena u 34 sena u anke lir-raġel l-ieħor ta’ 28 sena, li kien qed jinżamm l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija ppubblikat ir-ritratti tal-passaport taż-żewġ passiġġieri l-oħrajn li għadhom imfittxijin.