Kulħadd għandu xi ġrajja li jibqa’ jiftakar għal għomru, iżda ġrajja li tibqa’ tiftakar Frances hi meta ġġarraf l-ajruplan Vulcan.
Meta kellmuha The People of Malta, Frances qalet li “Għalhekk noħroġ kull filgħodu biex niltaqa’ man-nies.”
Spjegat kif “ġrajja li bqajt niftakar u għadha f’moħħi hija l-waqgħa tal-ajruplan Vulcan fl-1975 hawn f’Ħaż-Żabbar, nara l-biċċiet tal-ajruplan maħruqa jtiru fl-ajru.”