Persuni li mhumiex imlaqqma kontra l-COVID-19 lanqas b’doża waħda, għadhom fiċ-ċans li jieħdu t-tilqima mingħajr ħlas.
Hekk spjegalna l-Infermier Jorgen Souness, li hu parti mit-tim li qed imexxi l-vaċċinazzjoni madwar Malta u Għawdex.
Fissrilna wkoll li dan ma jgħoddx biss għall-anzjani fil-komunità iżda kull persuna li għandha aktar minn 12-il sena.
Segwi l-filmat t’hawn taħt biex tkun tista’ tagħmel l-appuntament tiegħek.