F’sitt stati fl-Amerka bħalissa għaddejjin tfittxijiet għal persuni li setgħu salvaw wara trombi qawwija li ħadu l-ħajja ta’ 83 persuna.
Għad hemm għexieren ta’ persuni mfittxija u rħula sħaħ li sfaw fix-xejn kawża ta’ tletin tromba tal-arja.
Il-President Amerikan Joe Biden iddikjara diżastru f’Kentucky li kien l-istat l-aktar milqut.
Filfatt aktar minn 70 persuna mietu fosthom ħaddiema f’fabbrika tax-xemgħa li kkollassat. 40 ħaddiem ġew salvati mill-fabbrika iżda 60 persuna għadhom qed jiġu mfittxija.
L-ammont ta’ persuni mejta mistenni jiżboq il-mitt persuna fiż-żmien li ġej.