Sportivi li jipprattikaw il-Judo tkellmu dwar kif bil-padiljun il-ġdid inawgurat kmieni dan ix-xahar, il-ħajja tagħhom f’dan l-isport saret ferm iktar faċli. Fil-programm PJAZZA spjegaw kif daqshekk uħiegħ ta’ ras meta jiġu biex jorganizzaw attività u saħansitra uffiċjali tal-Judo fakkru kif fil-faċilitajiet kien hemm min weġġa’.
“Fl-aħħar irnexxielna bis-saħħa ta’ għajnuna li kellna mingħand il-Ministeru tal-Isport u Sport Malta… minn għada se nkunu qed nibdew paġna ġdida.” Qal dan is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni tal-Judo, Envic Galea f’kumment li kien ta waqt l-inawgurazzjoni.
Mistieden fuq PJAZZA kien hemm Ray Fava, Kowċ tal-Judo li ilu f’din ix-xena għal dawn l-aħħar 40 sena, fejn iddiskuta xi jfisser dan il-padiljun ġdid kemm għat-tfal u l-ġenituri tagħhom kif ukoll għall-Federazzjoni.