Bħalissa għaddejjin ġmielhom l-aħħar tħejjijiet għall-kunċert ta’ għada mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Fil-fatt, dan il-kunċert, li se jkun qed jittella’ taħt id-direzzjoni tas-Surmast Helge Haukas u l-Kaptan Jonathan Borg, se jkun qed isir fil-Kulleġġ San Alwiġi mis-seba’ u nofs ta’ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn din is-serata wieħed jistenna għażla vasta ta’ mużika mill-isbaħ, filwaqt li d-dħul minn dan il-kunċert se jkun qed imur għall-karità.
Il-pubbliku jista’ jikseb il-biljetti għal dan il-kunċert minn fuq is-sit showshappening.com.