Wara għaxar snin, il-kantant tad-duo Modern Talking, Thomas Anders u l-band tiegħu reġgħu għażlu lil Malta, biex ikantaw flimkien u jsaħħru l-udjenza Maltija u barranija li f’jum il-maħbubin, se tattendi għall-kunċert f’Ta’ Qali.
Taħt it-tinda tal-MFCC għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għal dan il-kunċert biex nhar it-Tnejn, jindaqqu n-noti tal-kanzunetti ta’ Modern Talking, li żgur li huma magħrufin mal-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin.
Tkellimna mal-organizzatur tal-kunċert, Peter Caruana.
Qal, “Se tkun ċelebrazzjoni tal-mużika, kif tistgħu taraw qed nagħmlu wkoll test tad-dawl, qed nittestjaw id-dwal, waqqafna sound għax ovvjament konna qed nagħmlu sound check imma minħabba l-intervista aħna waqqaf kollox.”
Kollox qed isir skont il-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa.
L-organizzatur ta togħma ta’ dak mistenni minn dan il-kunċert mimli spettaklu.
Qal, “Barra li jkollna spettaklu tad-dawl, li qed taraw ukoll, żidna xi ħaġa oħra li ma semmejniex biex takkumpanja lill-artist fuq il-palk, u jkun hemm xi effetti sbieħ waqt li jkun qed ikanta.”
Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit www.ticketline.com.mt.