Għaddejjin it-tfittxijiet għal ħalliel li wettaq serqa fi Triq San Luqa, f’Tal-Pietà.
Ir-raġel, li kien mgħammad, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 21 sena residenti l-Floriana, minkejja li ħadd ma’ weġġa’.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart u l-Pulizija minnufih marret fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Żammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.