Nhar il-Ħadd, 28 ta’ Jannar, SKSM Karate Malta, se tkun qed torganizza kompetizzjoni lokali bi preparamenti għall-Malta International Open u World Championships li se jsiru fl-MFCC, Ta’ Qali.
L-avveniment tal-Ħadd, ser jieħdu sehem fih 85 atleta mill-iskola SKSM, li hija bbażata ġewwa l-Mosta. Din hija l-ewwel edizzjoni fi programm intensiv li jwassal lill-partecipanti għall-avvenimenti tant antiċipati ta’ Marzu.
Il-Malta Open se jsir fil-21 sat-22 ta’ Marzu u l-Kampjonati Dinjija tal-Karate se jsir fit-22 u fil-24 ta’ Marzu. Dawn l-avvenimenti ser jsiru għall-ewwel darba F’Malta, u qed jiġu organizzati mit-tim tekniku ta’ SKSM, li ġie fdat b’dawn il-kampjonati wara esperjenza, lura fis-sena tal-2018 fejn kienu gew organizzati il-kampjonati Ewropej tal-Karate.
Il-Malta Open se tkun it-22 edizzjoni li SKSM se tkun qed torganizza, fejn mistennijja record ta’ atleti minn diversi pajjiżi li sal-ewwel ġimgħa mill-ftuħ tar-reġistrazzjoni, hemm diġà 24 pajjiż reġistrat.
Ir-Registrazzjonijiet jagħlqu fid-29 ta’ Frar u huma miftuħin għall-kulħadd, inklużi għaqdiet oħra Maltin li jipprattikaw l-arti tal-karate. Din ser isservi bħala opportunità f’pajjiżna li qatt m’għandha tintilef.
Dan wara s-suċċessi tagħhom li kisbu grupp ta’ atleti Maltin minn SKSM, meta attendew seminar ġewwa l-Greċja, li kien organizzat mill-Greek karate association taħt il-patroċinju tal-Mediterranean Karate Alliance (MKA). Seba’ pajjiżi ħadu sehem b’numru sinifikanti ta’ parteċipanti.
Għal min hu interessat li jkun parti minn din l-opportunità jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook fuq SKSM Karate Malta | Facebook