Għaddejjin ġmielhom il-preparamenti għall-Ballu tal-President, li se jsir għada fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.
Dan il-ballu se jsir wara l-inawgurazzjoni tar-restawr estensiv li sar f’dan il-palazz, b’investiment ta’ €40 miljun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Żaret l-aħħar preparamenti mart il-President, is-Sinjura Miriam Vella, fejn iltaqgħet mal-ħaddiema li qed jaħdmu għal din l-attività.
Id-donazzjonijiet li se jinġabru minn din l-attività se jmorru għall-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.