Bħalissa għaddejja l-laqgħa virtwali bejn l-Awtoritajiet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa flimkien mal-Ministri kollha tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel.
Preżenti f’isem Malta għal din il-laqgħa virtwali hemm id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, il-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci.
Intant, il-Ġimgħa li għaddiet saret laqgħa pożittiva ferm bejn il-Ministru tal-Edukazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci u l-unjin tal-għalliema, l-MUT.
Fil-laqgħa ġew diskussi l-protokolli li ħejjew l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika għall-ftuħ tal-iskejjel f’Malta. Dawn il-protokolli se jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin sabiex isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa ma’ numru ta’ partijiet oħra involuti.
Il-President tal-MUT, Marco Bonnici kien stqarr li l-unjin tinsab sodisfatta bid-djalogu li hemm bħalissa u l-involviment tagħha fid-diskussjoni.