L-Indoneżja qed tivvota fl-akbar elezzjoni fid-dinja li ssir f’ġurnata waħda.
Aktar minn mitejn miljun persuna mifruxa fis-sbatax-il elf gżira li jiffurmaw il-pajjiż, huma eliġibbli biex jivvutaw.
Fl-elezzjoni, il-votanti se jagħżlu President, Viċi-President, u r-rappreżentanti tagħhom għal-leġislatura li jmiss.
Fuq quddiem fit-tellieqa hemm l-eks Ministru tad-Difiża Prabowo Subianto, li huwa ġeneral irtirat. Dan qed iwassal għall-biża’ li l-Indoneżja terġa’ lura għall-passat awtoritarju tagħha.
L-ewwel riżultati mistennija jkunu magħrufa fi ftit sigħat, u jekk ħadd ma jikseb il-maġġoranza, issir votazzjoni oħra f’Ġunju.