Dalgħodu fl-inħawi ta’ Ħaż Żebbuġ, viċin il-binja ta’ fejn kien hemm tar-River of Love, instabu żewġ volpijiet mejta fit-triq.
Wieħed miż-żewġ volpijiet kien ta’ lewn iswed u l-ieħor kien ta’ lewn abjad u dawn instabu mixħuta mal-art.
ONE News jinsab infurmat li l-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni fuq dan il-każ.
Huwa mifhum li d-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali wkoll qed iwettaq investigazzjoni fuq il-mewt ta’ dawn iż-żewġ volpijiet.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/01/29/zewg-volpijiet-jintlemhu-mejta-fhaz-zebbug/