Ħaddiema tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma għaddejjin b’ħidma biex tissewwa ħsara li seħħet f’mejn tad-drenaġġ f’San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija l-Korporazzjoni spjegat kif kien għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu li daħlilhom rapport li kien hemm xi ħsarat fi Sqaq tax-Xama, kantuniera ma’ Triq l-Iskola fejn minnufih ħaddiema marru fuq il-post biex jibdew bil-ħidma ta’ tiswija filwaqt li anke titnaddaf iż-żona.
Intant id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż dwar għawm fiż-żona, hekk kif jaf il-kwalità tal-ilma fiż-żona jaf ġiet affettwata mill-iżbroff tad-drenaġġ.
Għalekk, fi stqarrija wissiet biex dak li jkun jevita li jgħum f’din iż-żona.