Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bħalissa qed ikomplu bil-ħidma biex inaddfu wara l-maltemp u jneħħu l-periklu, fosthom minn dar abbandunata li ġġarrfu partijiet minnha fil-Qawra.
Kienu jiem impenjattivi ħafna għall-forzi tal-ordni u l-ħaddiema ta’ salvataġġ. F’dan l-inċident partikolari, iġġarrfet apramorta ta’ dar, b’riżultat li waqa’ xi ġebel fuq is-sistema tal-elettriku. Ix-xogħol biex jitneħħa’ l-periklu beda’ lbieraħ u kompla llejla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Filwaqt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, dan ix-xogħol huwa importanti ferm, hekk kif ONE News żvela li mistenni aktar maltemp fis-sigħat li ġejjin.