Bħalissa għaddej ix-xogħol biex jinbena mill-ġdid il-park tal-annimali fl-Imtaħleb. Fuq il-midja soċjali l-proprjetarji tal-park, appellaw għad-donazzjonijiet u qalu li bl-għajnuna tal-pubbliku se jkunu jistgħu jibnu mill-ġdid il-park.
Il-park tal-Imtaħleb ħa n-nar fit-3 t’Ottubru li għadda. Għalkemm ħafna annimali laħqu ġew salvati, kawża tal-inċident mietu diversi annimali, fosthom panteri u xadini.
Il-proprjetarji rringrazzjaw ukoll lill-ħaddiema li qed jirranġaw il-park.
Min jixtieq jgħn jista’ jagħmel dan billi jibgħat cekk fuq WildLife Park Malta, Wied il-Buzbies, Baħrija jew inkella online billi jikseb aktar informazzjoni fuq il-page ta’ WildLife Park Malta.