Għaddasa ta’ 48 sena ta’ nazzjonalita Ġermaniża tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikulta’ waqt li kienet qiegħda f’Ras ir-Reqqa, limiti ta’ Marsalforn, f’Għawdex.
Il-Pulizija kif ukoll team mediku marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ jidher li bugħaddas sabet ruħha f’diffikulta’.
Il-mara kienet tagħmel parti minn grupp ta’ għaddasa oħra.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta. Il-Forzi Armati ta’ Malta u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija mill-Għassa r-Rabat (Għawdex) għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.