Il-Parlament Ingliż irreġistra numru ta’ riżenji – kemm minn naħa tal-Gvern Konservattiv, u anke l-Oppożizzjoni Laburista.
Fin-naħa tal-Gvern ta’ Theresa May irriżenjaw flimkien tliet membri parlamentari, biex jingħaqdu ma’ partit indipendenti miftuħ minn eks-membri Parlamentari tal-Partit Laburista Ingliż li wkoll ħallew il-Partit tagħhom.
It-tliet eks-membri parlamentari ta’ Theresa May sostnew li Brexit bidel il-partit tagħhom, li sostnew, reġa’ mexa lejn il-lemin.
Minn naħa l-oħra l-Partit Laburista Ingliż, f’jumejn tilef tmien deputati, bl-aħħar waħda fosthom tikkritika n-nuqqas tal-partit tagħha li jaffaċċja kwistjoni ta’ anti-semitiżmu.