Tliet priġunieri Amerikani fir-Russja ġew rilaxxati bħala parti minn ftehim li se jara t-tpartit ta’ erbgħa u għoxrin priġunier bejn diversi pajjiżi tal-Punent fosthom l-Istati Uniti u r-Russja.
F’dan il-ftehim li qiegħed ikun deskritt bħala l-akbar wieħed tax-xorta tiegħu sa mill-gwerra bierda se jara wkoll ir-ripartijazzjoni ta’ tmien Russi lura lejn ir-Russja li huma qrib tas-servizzi sigrieta Russi.
Iżda r-Russja se tkun qed tirrilaxxa lill-ġurnalist Evan Gershkovich, il-veteran Amerikan Paul Whelan u l-ġurnalista tar-radju Alsu Kurmasheva, bl-ewwel tnejn kienu kundannati għoxrin sena priġunerija, fl-2020, fuq akkużi ta’ spjunaġġ.