Ta’ kull sena mijiet ta’ nies jinġabru f’Ħaż-Żabbar għall-pellegrinaġġ tradizzjonali magħruf bħala Ħadd in-Nies. Dan se jkun qed isir għada fl-4.30pm.
Din hija okkażjoni li sena wara oħra Żabbarin u Maltin jingħaqdu flimkien għall-ewwel Ħadd tar-Randan li ilu jsir sa minn żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Din is-sena se tkun okkażjoni speċjali għal dawk devoti dan hekk kif l-Arċisqof Charles Scicluna aċċetta li l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja tibda takkumpanja dan il-pelleġrinaġġ penitenzjali.
Din kienet talba li saret wara li s-sena li għaddiet l-istatwa nħarġet fl-okkażjoni tal-400 sena Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar.