Għada se titnieda l-White Paper għall-konsultazzjoni pubblika li se jġedded il-Liġi li tirregola l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA.
Dan tħabbar mill-Ministru responsbbli mill-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi, waqt żjarat li għamel fi tliet fabbriki lejliet l-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lis-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
F’dawn it-tliet intrapriżi, il-Ministru Zrinzo Azzopardi ra s-sistemi avvanzati li jitħaddmu b’kollaborazzjoni mal-OHSA biex ikun minimizzat kull periklu u anki segwa l-investimenti qawwi li jsir fit-tmexxija ta’ dawn l-azjendi b’risq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħhom.