Għada, il-mużiċist famuż Andre Rieu mistenni jkun il-Belt Valletta biex jiltaqa’ mal-Maltin u jispjega dettalji dwar il-kunċet li se jtella’ f’pajjiżna s-sena d-dieħla.
Rieu kien mistenni jżur pajjiżna nhar it-Tnejn, 7 ta’ Novembru, iżda ħassar il-pjanijiet b’rispett lejn il-funeral tal-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonniċi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minflok, Rieu se jkun il-Belt għada għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Huwa mistenni jżur Pjazza San Ġorġ, Triq ir-Repubblika, il-Barrakka ta’ Fuq u Pjazza Tritoni, kif ukoll fuq il-Fosos tal-Floriana.
Rieu biegħ aktar minn 40 miljun CD jew DVD, u rebaħ aktar minn 500 Paltinum Award u 270 Gold Award taħt titli varji. Il-mużika klassika tiegħu għandha l-ogħola attendenza fid-dinja għall-mużika ta’ dan it-tip.