Għada, 2 ta’ Marzu, se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lil Rhys Celeste ż-żagħżugħ ta’ 24, vittma oħra tat-toroq Maltin.
Fuq is-sit soċjali facebook lil Rhys diġa’ tawh tislima mill-isbaħ il-qraba u l-ħbieb li xxukkjati bl-aħbar kitbu fuq il-profil tiegħu u tal-familjari tiegħu. Il-maġġoranza tal-kummenti jfakkru l-mużika taż-żagħżugħ li kien jiproduċi mużika elettronika u oħrajn jaqsmu l-memorji tagħhom ta’ Rhys sa minn meta kien għadu żgħir.
Il-ġenituri ta’ Rhys kisru s-silenzju ta’ dieqa biex jirringrazzjaw lil kulħadd għall-kummenti mill-isbaħ dwar Rhys u għall-kondoljanzi flimkien mad-dettalji tal-funeral ta’ binhom, li kellu jħalli din id-dinja ta’ età żgħira, li se ssir fil-knisja parokkjali ta’ Birżebbuġa.