Għada s-Sibt, il-karreġġjati tal-Marsa-Ħamrun Bypass li jwasslu għan-naħa ta’ fuq ta’ Malta, se jkunu magħluqa għat-traffiku l-ġurnata kollha biex jitlestew xi xogħlijiet marbuta mal-proġett ta’ twessiegħ ta’ din it-triq.
L-aċċess għall-karreġġjati li jagħtu għat-tramuntana tal-pajjiż se jingħalaq għall-ħabta tas-02:00, bis-sewwieqa mitluba jagħmlu użu minn rotot alternattivi bħal Triq Diċembru 13 fil-Marsa, jew l-inħawi ta’ Ħal Luqa jew Ħal Qormi.
Il-Marsa-Ħamrun Bypass se jerġa’ jinfetaħ għat-traffiku s-Sibt filgħaxija.
Uffiċjali minn Transport Malta se jkunu fuq il-post biex jiggwidaw lis-sewwieqa għar-rotot alternattivi.