Tmiem il-ġimgħa impenjattiva għall-Partit Laburista hekk kif illejla tingħata bidu tal-Konferenza Ġenerali b’workshop dwar ir-riforma tal-liċenzjar tal-kuntratturi fis-settur tal-konstruzzjoni. F’din id-diskussjoni kulħadd huwa mistieden jattendi fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ġimgħa filgħaxija fis-18:00, isemma’ leħnu u jsaqsi kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ dan is-suġġett.
Il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard sostniet li l-qofol ta’ din il-Konferenza Ġenerali se jintlaħaq nhar il-Ħadd b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela fl-10:00 fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Il-President qalet “Proprju ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista se jiftaħ il-bibien tiegħu mhux biss għad-delegati – għax statutorjament huwa rekwiżit li l-Konferenza Ġenerali jkollha l-attendenza tad-delegati tagħha – iżda wkoll għall-membri kollha u għal dawk kollha li jixtiequ li jingħaqdu magħna.”
Ramona Attard qalet ukoll kif dan il-proċess se jwassal għal appuntament importanti għall-Partit Laburista f’Jum il-Ħaddiem.
Hija fakkret li “L-attivitajiet, pero’, se jilħqu mbagħad il-quċċata tagħhom fl-attività tal-Ewwel ta’ Mejju qed nistiednu lill-kulħadd sabiex jattendi għall-attività tal-Ewwel ta’ Mejju se tkun festa għall-familja kollha u hemmhekk inkomplu nisimgħu l-viżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela.”