Għada t-Tlieta, il-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Andrej Babiš se jagħmel żjara uffiċjali f’Malta li matulha se jkollu taħdidiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Iż-żewġ mexxejja mistennija jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet u wara jagħtu ġieħ lill-eks President tar-Repubblika Ċeka Václav Havel fil-ġonna ta’ Hastings.
L-impenji tal-Prim Ministru Babiš se jiħduh ukoll fil-bażijiet tal-Iskwadra Marittima u dik tal-Ajru tal-Forzi Armati ta’ Malta.