Għada, 19 ta’ Ottubru se tibda l-konsultazzjoni pubblika dwar il-proċess tal-Environment Impact Assessment fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.
Ħabbret dan l-Awtoritá tal-Ambjent u r-Riżorsi, li talbet l-operaturi nvoluta biex jissottomettu d-dokumenti kollha dwar is-suġġett biex dawk ikunu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fil-Kunsilli Lokali ta’ Marsaxlokk, iż-Żejtun, u Birżebbuġa.