Mit-Tnejn, ir-reality show HazZzard se jkun qed jirritorna b’avventura ġdida fuq ONE.
Din hija l-għaxar edizzjoni ta’ dan il-programm mimli avventuri u li fih il-parteċipanti jimxu kilometri kbar ta’ vjaġġar madwar id-dinja.
Il-parteċipanti li jidħlu għal din l-avventura, jgħixu l-bogħod mill-kumdità u jgħaddu numru ta’ ġimgħat mingħajr flus u ħelu, filwaqt li l-ikel u xorb ikun ukoll limitat.
Sfida oħra li jgħaddu minnha l-parteċipanti hija li fl-ebda ħin waqt din l-avventura ma jkollhom kuntatt mal-familjari tagħhom.
Crew ta’ dan l-istazzjon tkellem ma wieħed mil-produtturi ta dan il-programm fejn bħall-edizzjonijiet preċedenti, din is-sena Hazzard għażel destinazzjoni mill-isbaħ u ser jieħu lll-parteċipanti fl-isbaħ posijiet ta’ din id-destnazzjoni.
Qal, “Minn nhar it-Tnejn, li se jiġri bażikament, it-telespettaturi se jaqtaw il-kurżità ta’ destinazzjoni, li minn sena għall-oħra, ikunu qed jistennew. Li se jiġri li l-parteċipanti ħa jiltaqgħu flimkien, jagħżlu d-destinazzjoni, jaslu fil-pajjiż, tibda l-ewwel sfida u minn hemm tibda l-interazzjoni bejn il-parteċipanti u anke joħorġu l-karattri.”
HazZzard jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fit-tmienja u nofs u ħamsa ta’ filgħaxija fuq ONE.