Għada stess ser ikun hemm team Malti ġewwa Ruma, immexxi miċ-chairwoman Maria Micallef, għal negozjati bejn l-Alitalia u l-Air Malta.
Dan ħabbru l-Ministru Edward Zammit Lewis fuq il-programm Ħu Siġġu ftit tal-ħin ilu. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li n-negozjati se jkunu iebsin, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-kontiġent Malti.
Nhar is-27 t’April tħabbar li ġie ffirmat memorandum of understanding li jwitti t-triq biex il-linja tal-ajru Alitalia jkollha sehem ta’ 49% fil-kumpanija Air Malta. Il-Gvern se jibqa’ l-azzjonist ewlieni fl-Air Malta, b’51% tal-ishma,
Il-linja Etihad Airways tal-Emirati Għarab Magħquda għandha sehem ta’ 49% fl-Alitalia.
Il-Ministru Zammit Lewis iddeskriva l-ftehim bħala wieħed li minnu se jibbenefika kulħadd, għaliex konsumaturi jgawdu minn aktar konnettività u l-industrija Maltija jkollha aċċess għal network ferm akbar ta’ turisti.