Għada l-Ħadd 24 ta’ Marzu se ssir it-tielet edizzjoni tal-La Valette Marathon organizzata minn CORSA.
Maratona partikolari li tieħu lill-parteċipanti tul il-kosta maltija b’xenarju mill-isbaħ. Għal din it-tielet edizzjoni se jkun hemm numru rekord ta’ madwar elfejn parteċipant, b’nofshom se jkunu atleti barranin. L-atleti barranin se jkunu ġejjin minn 47 pajjiż differenti.
Fost il-maltin insibu uħud mill-aqwa atleti tal-mument: Dillon Cassar, Andrew Grech u Charlton Debono fost l-irġiel filwaqt li fi. Fost in-nisa nsibu lil Jemima Farley.
Il-Maratona t-twila se tkun fuq distanza ta’ 42 KM. Tibda minn Baħar iċ-Ċagħaq fis-6.30 ta’ filgħodu u tintemm ix-xatt tal-Birgu.
In-Nofs Maratona se tibda mix-Xatt Tas-Sliema fis-7 ta’ filgħodu u tintemm il-Birgu.
Se jkun hemm ukoll Walkathon ta’ 21KM, tiġrijiet fuq distanzi ta’ 10KM u 5KM, flimkien ma’ Relays u Corporate Teams.
Il-pubbliku hu mħeġġeġ sabiex jevita r-rotot minn fejn se tkun qed tgħaddi il-maratona.