Għada filgħodu se ssir id-39 edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta.
Madwar 3,200 atleta irreġistraw għall-maratona ta’ din is-sena. 2,200 minnhom huma atleti barranin li se jkunu qed jirrapreżentaw 83 pajjiż differenti.
L-akbar rapprezentanza hija mill-Gran Brittanja (414 atleta) segwieti mill-Italja (233) u l-Polonja (166).
Fost il-parteċipanti lokali jispikkaw ir-record holder tal-Maratona, Jemima Farley li se terġa tieħu sehem u tibda fost il-favoriti għar-rebħ.
Fost l-irġiel hemm Andrew Grech, li kien l-ewwel malti fl-aħħar maratona li saret.
It-tluq tal-maratoina se jsir mill-mdina fis-6.30 ta’ filgħodu filwaqt li n-Nofs Maratona titlaq fit-7.45 ta’ filgħodu.
It-tmiem se jkun għal darb’oħra ix-Xatt Tas-Sliema.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jikkopera mal-awtoritajiet rigward traffiku u kemm jista’ jkun jevita ż-żoni minn fejn se jgħaddu l-atleti fil-ħinijiet li jidhru fil-mappa li qed nippublikaw hawn isfel.
It-toroq hawn isfel se jkunu magħluqa għat-traffiku f’dawn il-ħinijiet: