Għada ser tkun qed titħabbar l-istrateġija ta’ kif ser ikun qed jitlaqqam il-poplu Malti u Għawdxi kontra l-Covid-19. Hekk ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela waqt attività politika f’Marsaxlokk.
Huwa spjega kif id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ser ikun qed iħabbar l-istrateġija ta’ kif ser ikun imlaqqam il-poplu mal-wasla tal-vaċċin kontra l-Covid-19 f’pajjiżna.