Għada ser jitħabbru bidliet fir-restrizzjonijiet marbuta mal-ivvjaġġar lejn Malta.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li saħansitra stqarr li ser ikun hemm bidliet fil-protokolli dwar kwarantina.
Dawn il-protokolli huma fost diversi miżuri ta’ mitigazzjoni kontra t-tixrid tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Il-Ministru għas-Saħħa qal li dawn il-bidliet ser jitħabbru wara laqgħa mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.