Il-Forzi Armati ta’ Malta għada se torganizza open-day għall-pubblikku. Din id-darba se ssir fil-Valletta Waterfront bejn il-15:00 u l-23:00.
Din se tkun opportunità sabiex il-pubbliku jsegwi ħidmet il-Forzi Armati ta’ Malta, u jkun jista’ jara l-assi li jintużaw mill-AFM ,bħal helicopters u armi.
Ladarba l-attività se ssir fil-Port il-Kbir u se jkun hemm l-assi tal-baħar bħal patrol boats li jintużaw għas-salvataġġ.
Il-pubbliku se jkun jista’ jipparteċipa fl-attivitajiet li se jiġu organizzati u l-pubbliku jifhem aktar x-xogħol tas-suldati.
Il-pubbliku se jkun jista’ jesperjenza wkoll parti mill-kors li jkun meħtieġ sabiex wieħed jidħol fl-AFM, fosthom it-test militari.