Għada se tinfetaħ flyover oħra mill-proġett tal-Marsa Junction.
Qal dan fuq il-profil tiegħu fuq Facebook il-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg
Il-ġimgħa li għaddiet, Infrastruttura Malta bdiet tiksi ż-żewġ karreġġjati li jgħaddu minn fuqha bl-asfalt.
Permezz tat-tielet flyover li mistennija tinfetaħ xahar qabel iż-żmien se jonqos it-traffiku fl-aktar żona traffikuża fin-naħa ta’ isfel tal-pajjiż. it-tielet flyover li se toħloq konnessjoni diretta bejn Triq Aldo Moro u Vjal Santa Luċija.
It-tielet flyover se twassal ukoll biex jitneħħew it-traffic lights ta’ ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata.
F’Settembru li għadda nfetħu l-ewwel żewġ flyovers fil-Marsa li permezz tagħhom, eluf ta’ sewwieqa ffrankaw mhux biss eluf ta’ sigħat fit-traffiku iżda mijiet ta’ ewro fi fjuwil.